Aħna nużaw il-cookies biex noffrulek l-aqwa esperjenza tal-logħob possibbli. Kompli bbrawżja jekk ma ssib l-ebda problema. Jekk jogħġbok aqra l-politika dwar il-cookies tagħna għal aktar dettalji.
Security and Privacy

STRATEĠIJA TA’ PRIVATEZZA TA’ CITYVIEWS

Riveduta l-aħħar: 24 ta’ April 2018

INTRODUZZJONI

Il-kumpaniji ta’ Cityviews group, li jinkludi l-entitajiet kollha speċifikati hawn taħt fis-sezzjoni “Il-Grupp”, inklużi l-affiljati tiegħu (kollettivament, is-“Cityviews”), joffru servizzi ta’ logħob tal-azzard, bħal u kamra tal-poker online – , it-tnejn li huma permezz ta’ siti web, applikazzjonijiet tal-mowbajl u proprjetajiet online oħra (kollettivament, is- “Servizzi”).

Is-Cityviews group huwa impenjat bis-sħiħ biex jissalvagwardja l-aspettattivi marbuta mal-privatezza tal-utenti tiegħu (“Utent(i)”, “inti” jew “tiegħek”). Għaldaqstant, daħħalna fis-seħħ din l-Istrateġija ta’ Privatezza, li tiddeskrivi l-prattiki ta’ protezzjoni tad-data tagħna, inkluż kif niġbru, nużaw, niddivulgaw u nipproteġu l-Informazzjoni Personali tiegħek, kif ukoll id-drittijiet tiegħek fir-rigward tal-Informazzjoni Personali tiegħek.

F’din l-Istrateġija ta’ Privatezza, inti tista’ ssir taf dwar:

  • IL-GRUPP
  • X’INFORMAZZJONI NIĠBRU?
  • MINORENNI
  • KIF NUŻAW L-INFORMAZZJONI MIĠBURA?
  • KUMMERĊJALIZZAZZJONI
  • MA’ MIN NIKKONDIVIDU L-INFORMAZZJONI?
  • TRASFERIMENT INTERNAZZJONALI TA’ INFORMAZZJONI
  • TEKNOLOĠIJI TA’ TRAĊĊAR TA’ PARTIJIET TERZI
  • SERVIZZI TA’ PARTIJIET TERZI
  • ŻAMMA TA’ INFORMAZZJONI PERSONALI
  • ID-DRITTIJIET TIEGĦEK
  • KIF INŻOMMU L-INFORMAZZJONI TIEGĦEK SIKURA
  • BIDLIET FL-ISTRATEĠIJA TA’ PRIVATEZZA
  • KIF TISTA’ TAGĦMEL KUNTATT MAGĦNA

Aħna nħeġġuk biex taqra l-Istrateġija ta’ Privatezza bir-reqqa u tużaha biex tieħu deċiżjonijiet infurmati. Billi żżur is-siti web tas-Cityviews group, l-applikazzjonijiet tal-mowbajl jew proprjetajiet online oħra, jew billi toħloq kont permezz tas-Servizzi tagħna, inti hawnhekk taqbel mal-Istrateġija ta’ Privatezza.

Jekk għandek xi mistoqsijiet (jew kummenti) dwar din l-Istrateġija ta’ Privatezza, tiddejjaq xejn tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tagħna fuq:

https://playersupportcentre.com/jpc/en/RemoveDataRequest

IL-GRUPP

Is-Cityviews group jinkludi l-kumpaniji li ġejjin:

  • Fil-każ tal-ġugaturi Kanadiżi, Baytree Limited hija awtorizzata u liċenzjata mill-Kummissjoni tal-Logħob ta’ Kahnawake, Numru tal-liċenzja: 00812;
  • Fil-każ ta’ ġugaturi minn kwalunkwe parti oħra tad-dinja, Bayton Ltd (C41970), kumpanija rreġistrata Maltija bl-indirizz irreġistrat f’Villa Seminia, 8, Sir Temi Zammit Avenue, Ta’ Xbiex XBX1011, li huma s-sidien u l-operaturi tas-sit web tal-każinò u l-kmamar tal-poker u l-kumpaniji tal-grupp tagħha.

X’INFORMAZZJONI NIĠBRU?

Aħna niġbru żewġ tipi ta’ informazzjoni mill-utenti tagħna:

  • Informazzjoni Personali

    L-ewwel tip ta’ informazzjoni hija dik li tidentifika jew li tista’ raġonevolment tidentifika individwu bi sforz raġonevoli (“Informazzjoni Personali”). L-Informazzjoni Personali li qed tinġabar tista’ tikkonsisti minn dan li ġej:

    • Dettalji ta’ reġistrazzjoni: Meta tiftaħ kont u tirreġistra biex tuża s-Servizzi, se tintalab biex tipprovdilna ċerti dettalji dwarek innifsek, bħal: ismek u kunjomok, l-indirizz elettroniku, is-sess, id-data ta’ twelid, l-indirizz fiżiku, in-numru tal-ID, in-numru tat-telefon, l-okkupazzjoni, eċċ.
    • ID maħruġa mill-gvern: F’ċerti każijiet, se tintalab tipprovdi kopja tal-ID maħruġa mill-Gvern, għall-proċess ta’ verifika tal-identità. Jekk jogħġbok innota li din l-informazzjoni hija meħtieġa għal ċerti funzjonijiet tas-Servizzi tagħna.
    • Inormazzjoni dwar il-ħlasijiet: Sabiex tkun tista’ tuża l-funzjonijiet kollha tas-Servizzi (eż. tagħmel imħatri u xiri, tilgħab f’tornej, eċċ), se tinġabar informazzjoni dwar il-ħlas mingħandek, bħan-numru tal-karta tal-kreditu u d-dettalji tal-kont tal-bank tiegħek.
    • Informazzjoni volontarja: Aħna niġbru wkoll informazzjoni li inti tipprovdilna volontarjament. Pereżempju, meta tirrispondi għal komunikazzjonijiet mibgħuta minna, tikkomunika magħna permezz tal-email jew taqsam informazzjoni addizzjonali dwarek permezz tal-użu tiegħek tas-Servizzi, bħall-funzjoni taċ-chat u fil-logħob.
    • Informazzjoni dwar l-apparat: Aħna niġbru tipi speċifiċi ta’ dettalji ta’ kuntatt u informazzjoni fir-rigward tal-apparat, softwer jew ħardwer tiegħek li jistgħu jidentifikawk, bħal: identifikaturi uniċi tal-apparat (e.g. UDID, IMEI, indirizz MAC), marka tas-swaba’ għall-brawżer, indirizz IP u data tal-ġeolokazzjoni.
    • Telefonati: Aħna nirreġistraw jew nissorveljaw telefonati għal finijiet ta’ appoġġ lill-klijenti, taħriġ u/jew ta’ sigurtà.
    • Netwerks soċjali: Meta tirreġistra permezz tal-kont tan-netwerk soċjali tiegħek (bħall-kont ta’ Facebook tiegħek), biex tuża s-Servizzi jew torbot il-kont tal-ġugaturi tiegħek ma’ dan il-kont, se jkollna aċċess għal informazzjoni bażika mill-kont tan-netwerk soċjali tiegħek, bħal ismek, id-data tat-twelid, l-istampa tal-profil u lista tal-ħbieb, kif ukoll l-informazzjoni li għamilt disponibbli għall-pubbliku fuq dan il-kont.
    • Barra minn hekk, meta tuża s-Servizzi, permezz tan-netwerk soċjali tiegħek se tkun tista’ “Tistieden Ħabib” biex juża s-Servizzi. Jekk il-persuna taċċetta l-istedina tiegħek, aħna nistgħu nakkwistaw Informazzjoni Personali mingħandu/mingħandha bħal: isem, indirizz elettroniku, numru tat-telefon u d-data tat-twelid. Aħna se nużaw l-Informazzjoni Personali għall-finijiet stabbiliti hawnhekk u niddivulgaw tali informazzjoni biss lil partijiet terzi kif indikat f’din l-Istrateġija ta’ Privatezza.
    • Informazzjoni li niġbru minn partijiet terzi: Aħna niġbru Informazzjoni Personali minn fornituri ta’ servizzi ta’ partijiet terzi, bħal informazzjoni dwar l-istorja ta’ kreditu tiegħek mill-aġenziji ta’ kreditu u informazzjoni finanzjarja oħra li hija rilevanti għall-provvista tas-Servizzi, kif ukoll informazzjoni li tinġabar sabiex tiġi vverifikata l-identità tiegħek u tiġi evitata attività illegali jew frawdolenti.

  • Informazzjoni mhux personali

    It-tieni tip ta’ informazzjoni hija mhux identifikata u mhux identifikabbli relatata ma’ Utent(i), li tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni jew miġbura permezz tal-użu tas-Servizzi tal-Utent (“Informazzjoni Mhux Personali”).

    L-Informazzjoni Mhux Personali li qiegħda tinġabar tikkonsisti minn informazzjoni teknika u informazzjoni aggregata dwar l-użu, fost affarijiet oħra, is-sistema operattiva tal-Utent, it-tip ta’ brawżer, ir-riżoluzzjoni tal-iskrin, il-lingwa tal-brawżer u tat-tastiera, l-attivitajiet “click-stream” tal-Utent u l-attivitajiet dwar is-Servizzi, il-perjodu ta’ ħin li l-Utent żar is-Servizzi u t-timbri tal-ħin relatati, eċċ.

    Biex ma jkunx hemm dubju, kwalunkwe Informazzjoni mhux Personali konnessa jew marbuta ma’ kwalunkwe Informazzjoni Personali għandha titqies bħala Informazzjoni Personali sakemm tkun teżisti konnessjoni jew rabta.

    Tipi ta’ Informazzjoni mhux Personali li niġbru mingħandek jew dwarek:

    • Informazzjoni teknika: Sabiex intejbu l-funzjonalità tas-Servizzi u biex nipprovdulek esperjeza tal-utent aħjar, aħna niġbru informazzjoni teknika trażmessa mill-apparat tiegħek inkluża ċerta informazzjoni dwar is-softwer u l-ħardwer (eż. it-tip ta’ brawżer u s-sistema operattiva li juża l-apparat tiegħek, il-preferenza tal-lingwa, il-ħin tal-aċċess u l-isem tad-dominju tas-sit web minn fejn illinkjajt għas-Servizzi, eċċ).
    • Informazzjoni dwar il-logħob li tilgħab: Aħna nirreġistraw informazzjoni dwar il-logħob li tilgħab inklużi, fost affarijiet oħra, id-depożiti, l-imħatri, il-bonusijiet, id-durata tas-sessjonijiet li tilgħab u l-punteġġi għoljin tiegħek. Aħna nistgħu wkoll nikkondividu u nippubblikaw tali informazzjoni fuq kwalunkwe waħda mill-Pjattaformi tagħna.
    • Informazzjoni dwar l-apparat u l-konnessjoni:Jekk tniżżel is-Softwer fuq l-apparat tiegħek, aħna nistgħu niġbru informazzjoni mill-apparat partikolari li qed tuża, għal finijiet ta’ sigurtà kif ukoll ta’ kxif u prevenzjoni ta’ frodi. Pereżempju, aħna nistgħu niġbru informazzjoni fir-rigward ta’ softwer ieħor li jkun qed jaħdem fl-istess ħin mas-Softwer biex jiġi skopert jekk intix qed tuża softwer li huwa assoċjat ma’ attività frawdolenti (eż. robots, malwer, eċċ) jew biex tiċċekkja jekk il-konnessjoni li qed tuża hijiex permezz ta’ VPN jew proxy.
    • Informazzjoni dwar l-analitika: Aħna niġbru informazzjoni dwar l-użu tiegħek tas-Servizzi, bħall-użu tal-applikazzjonijiet, fajls tal-illoggjar, attività tal-utent (eż. paġni miżjura, l-ammont ta’ ħin imqatta’ fuq paġni partikolari, ibbrawżjar online, klikks, azzjonijiet, eċċ), timbri tal-ħin, allerti, eċċ. Din l-informazzjoni tinġabar fost affarijiet oħra għall-individwazzjoni ta’ soluzzjoni għall-iżbalji u l-bugs kif ukoll għal finijiet ta’ riċerka u analitika dwar l-użu tiegħek tas-Servizzi.
    • Informazzjoni anonima: Aħna nistgħu nanomizzaw jew ineħħu l-identifikazzjoni tal-informazzjoni miġbura mis-Servizzi jew permezz ta’ mezzi oħra biex b’hekk l-informazzjoni ma tkunx tista’, waħedha, tidentifikak personalment. L-użu u d-divulgazzjoni tagħna ta’ tali informazzjoni aggregata jew deidentifikata mhuma soġġetti għall-ebda restrizzjoni skont din l-Istrateġija ta’ Privatezza, u aħna nistgħu niddivulgawha lil oħrajn mingħajr limitazzjoni u għal kwalunkwe fini, bħal għal skopijiet ta’ reklamar jew kummerċjalizzazzjoni.

MINORENNI

Is-Servizzi mhumiex maħsuba jew diretti lejn persuni taħt it-18-il sena jew persuni taħt l-età ta’ kunsens legali fir-rigward tal-użu tas-Servizzi ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni, skont liema tkun l-akbar (“Ma tkunx taħt l-età skont il-liġi”). Jekk tkun taħt l-età skont il-liġi, la għandek tniżżel jew tuża s-Servizzi u lanqas tipprovdilna kwalunkwe Informazzjoni Personali.

Aħna nirriżervaw id-dritt li naċċessaw u nivverifikaw kwalunkwe Informazzjoni Personali miġbura mingħandek. Fil-każ li nsiru nafu li utent li huwa taħt l-età skont il-liġi jkun ikkondivida kwalunkwe informazzjoni, aħna nistgħu nneħħu din il-informazzjoni. Jekk hemm kwalunkwe raġuni biex temmen li minorenni kkondivida kwalunkwe informazzjoni magħna, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

KIF NUŻAW L-INFORMAZZJONI MIĠBURA?

Aħna nużaw l-Informazzjoni Personali tiegħek għall-finijiet imniżżla hawn taħt:

  • Biex niftħu, nimmaniġġjaw u naġġornaw il-kont tiegħek;
  • Biex nipprovdu u noperaw is-Servizzi (bħal għall-imħatri u l-ipproċessar tal-ħlas);
  • Biex nikkomunikaw miegħek u biex inżommok infurmat dwar l-aħħar aġġornamenti fis-Servizzi u l-offerti speċjali tagħna;
  • Biex nikkummerċjalizzaw is-Servizzi tagħna (ara aktar hawn taħt fil-parti “Kummerċjalizzazzjoni”) kif ukoll biex inwasslulek reklami, inkluż reklamar skont l-imġiba;
  • Għal finijiet ta’ analiżi, statistika u riċerka, sabiex jittejbu u jiġu ppersonalizzati s-Servizzi għall-ħtiġijiet u l-interessi tiegħek (bħall-kompilazzjoni ta’ rapporti aggregati dwar l-użu ta’ ċerti funzjonijiet tas-Servizzi tagħna);
  • Għall-finijiet ta’ Ġestjoni tar-Relazzjoni mal-Klijenti, u għall-appoġġ u l-individwazzjoni ta’ soluzzjoni għas-Servizzi u għat-tweġib tal-mistoqsijiet tiegħek;
  • Biex nippermettulek tiżviluppa, tippersonalizza u ttejjeb aktar is-Servizzi bbażati fuq il-preferenzi u l-użi komuni tal-Utenti;
  • Biex nipprovdulek ambjent tal-logħob responsabbli;
  • Biex nikkomunikaw miegħek u biex nipproċessaw kwalunkwe talba tiegħek biex teżerċita d-Drittijiet tal-Utent tiegħek;
  • Biex nidentifikaw u nawtentikaw l-aċċess tiegħek għal ċerti funzjonijiet tas-Servizzi;
  • Biex nikxfu u nipprevjenu attività frawdolenti u illegali jew kwalunkwe tip ieħor ta’ attività li tista’ tipperikola jew taffettwa b’mod negattiv l-integrità tas-Servizzi, inkluż billi jiġu identifikati r-riskji assoċjati mal-attività tiegħek meta tuża s-Servizzi tagħna;
  • Biex ninvestigaw ksur tal-politiki u l-Ftehim tal-Utenti tagħna kif ukoll biex ninfurzaw il-politiki u l-Ftehim tal-Utenti tagħna;
  • Biex ninvestigaw u nsolvu tilwim b’rabta mal-użu tiegħek tas-Servizzi; u
  • Kif meħtieġ mil-liġi jew mir-regolamenti (bħar-rekwiżiti regolatorji “Kun Af lill-Klijent Tiegħek” (“KYC”) u dawk kontra l-Ħasil tal-Flus), jew kif meħtieġ minn awtoritajiet governattivi oħra, jew biex ikun hemm konformità ma’ ċitazzjoni jew proċess legali simili jew biex tingħata tweġiba għal talba governattiva.

KUMMERĊJALIZZAZZJONI

Il-Grupp se juża l-Informazzjoni Personali tiegħek, bħal ismek, l-indirizz fejn toqgħod, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefon eċċ., huwa stess jew permezz tas-sottokuntratturi ta’ partijiet terzi tagħna biex nipprovdulek materjal promozzjonali, dwar is-Servizzi kif ukoll prodotti, servizzi, siti web u applikazzjonijiet relatati ma’: (i) kumpaniji oħra fi ħdan il-Grupp; (ii) Ditti Mingħajr Marka; jew (iii) imsieħba kummerċjali u affiljati tal-Grupp (kollettivament: “Affiljati fil-Kummerċjalizzazzjoni”), li aħna nemmnu li jistgħu interessawk.

Aħna nistgħu wkoll nikkondividu u niddivulgaw Informazzjoni Personali ma’ Affiljati fil-Kummerċjalizzazzjoni bil-għan li nipprovdulek offerti ta’ kummerċjalizzazzjoni differenti, li aħna, jew l-Affiljati fil-Kummerċjalizzazzjoni tagħna, nemmnu li huma rilevanti għalik. L-Affiljati fil-Kummerċjalizzazzjoni tagħna jistgħu jużaw din l-Informazzjoni Personali għal tekniki ta’ kummerċjalizzazzjoni differenti, bħal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni b’email dirett, bil-posta, b’SMS u bit-telefon.

Tista’ taġġorna l-preferenzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħek fi kwalunkwe ħin permezz tas-Servizzi tal-Klijent (fejn disponibbli). Meta tagħżel li tniżżel Softwer skont is-Servizzi tagħna, tista’ tniżżel ukoll softwer tan-notifiki fuq l-apparat tiegħek. Dan jippermettilna nibagħtulek notifiki dwar is-Servizzi tagħna direttament fuq l-apparat tiegħek, pereżempju biex ninfurmawk dwar funzjonijiet, aġġornamenti, komunikazzjonijiet ta’ servizz, offerti u promozzjonijiet ġodda.

Billi tniżżel dan is-Softwer, Inti tagħti l-kunsens tiegħek biex tirċievi notifiki. Jekk tippreferi ma tirċevix dawn in-notifiki, inti se jkollok manwalment tiddiżinstalla s-softwer ta’ notifika mill-apparat tiegħek (pereżempju billi tikklikkja l-link “x’inhi din” fuq notifika li tirċievi u ssegwi l-“istruzzjonijiet kif għandek tneħħih” jew billi ssegwi l-“Issettjar” applikabbli u l-istruzzjonijiet ta’ diżinstallazzjoni taċ-“Ċentru ta’ Notifika” fuq l-Apparat ta’ Aċċess Tiegħek).

Tista’ fi kwalunkwe ħin tiddeċiedi li ma tibqax tirċievi offerti ta’ kummerċjalizzazzjoni ulterjuri mingħandna jew mill-imsieħba kummerċjali u l-affiljati fil-kummerċjalizzazzjoni tagħna billi tikkuntattjana fuq support@playersupportcenter.com. Jekk joġħġbok kun af li anke jekk tikkanċella r-reġistrazzjoni mal-lista postali għall-kummerċjalizzazzjoni tagħna, aħna nistgħu niddeċiedu li nibagħtulek aġġornamenti u notifiki relatati mas-servizz.

MA’ MIN NIKKONDIVIDU L-INFORMAZZJONI?

Aħna ma nikrux, ma nbigħux u ma nikkondividux l-Informazzjoni Personali tiegħek ma’ partijiet terzi (“Riċevituri”) ħlief kif deskritt f’din l-Istrateġija ta’ Privatezza. L-Informazzjoni Personali se tiġi ddivulgata lir-Riċevituri biss sa fejn ikun meħtieġ għall-għan speċifiku, kif stipulat f’din l-Istrateġija ta’ Privatezza.

Aħna nikkondividu Informazzjoni Personali ma’ kwalunkwe wieħed mir-riċevituri li ġejjin:

  • Ditti Mingħajr Marka, inkluż fornitur ta’ servizz ta’ sostituzzjoni li d-Ditta Mingħajr Marka tista’ tinvolvi biex topera d-Ditti Mingħajr Ditta (jekk applikabbli);
  • Kumpaniji fi ħdan il-Grupp u kumpaniji affiljati oħra;
  • Is-sottokuntratturi u l-fornituri ta’ servizzi ta’ partijiet terzi, kif ukoll is-sottokuntratturi tagħhom, li pereżempju jinkludu (iżda mhumiex limitati għal) kumpaniji ta’ cloud computing, affiljati fil-kummerċjalizzazzjoni, servizzi ta’ verifika tal-identità u prevenzjoni ta’ frodi, u verifikaturi oħra tad-data;
  • Aġenziji ta’ rapportar tal-kreditu;
  • Fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas, proċessuri ta’ ħlas u banek;
  • Lil kwalunkwe parti terza li tipprovdi servizzi b’rabta mal-operazzjoni jew il-promozzjoni tal-Marka Proprja jew id-Ditti Mingħajr Marka (jekk applikabbli);
  • Lil kwalunkwe parti terza li torganizza avvenimenti offline jew turnej f’isem jew flimkien ma’ kwalunkwe kumpanija fi ħdan il-Grupp;
  • Lil lukandi u kumpaniji tat-titjiriet (bħal fil-kuntest ta’ avvenimenti offline u promozzjonijiet);
  • Awdituri, kuntratturi jew konsulenti ta’ kwalunkwe wieħed mill-proċessi tan-negozju tal-Grupp;
  • Lil kwalunkwe parti terza li tinvestiga, tiskopri jew tipprevjeni attività frawdolenti jew illegali (eż. awtoritajiet governattivi, pulizija, banek u organizzazzjonijiet investigattivi oħra);
  • Awtoritajiet tal-liċenzji, korpi governattivi u regolatorji, skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli; u
  • Xerrejja jew investituri potenzjali fi kwalunkwe waħda mill-kumpaniji fi ħdan il-Grupp jew id-Ditta Mingħajr Marka (jekk applikabbli) jew fil-każ ta’ tranżazzjoni korporattiva (eż. il-bejgħ ta’ parti sostanzjali tan-negozju tagħna, fużjoni, riorganizzazzjoni, falliment, konsolidazzjoni jew bejgħ ta’ assi jew trasferiment fl-operazzjoni tiegħu) b’rabta ma’ kwalunkwe kumpanija fi ħdan il-Grupp (f’każ bħa dan, il-kumpanija akkwirenti jew iċ-ċessjonarju se jassumu d-drittijiet u l-obbligi kif deskritt f’din l-Istrateġija ta’ Privatezza).

Minbarra l-finijiet elenkati f’din l-Istrateġija ta’ Privatezza, aħna nikkondividu Informazzjoni Personali ma’ dawk ir-Riċevituri għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

  • Il-ħżin ta’ tali informazzjoni f’isimna, pereżempju permezz ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ cloud computing;
  • L-ipproċessar ta’ tali informazzjoni biex tgħinna fl-operazzjonijiet kummerċjali tagħna (eż. biex jiġu pproċessati l-ħlasijiet u d-depożiti tiegħek, jiġi awtentikat l-aċċess tiegħek, jiġu vverifikati l-operazzjonijiet tagħna; tiġi skoperta u pprevenuta attività frawdolenti jew illegali, eċċ);
  • It-twettiq ta’ riċerka, dijanjożi teknika jew analiżi;
  • Il-komunikazzjoni ta’ reklamar immirat, kif ukoll materjal promozzjonali u informattiv, skont il-politika tagħna dwar il-kummerċjalizzazzjoni (ara hawn taħt fis-sezzjoni “Kummerċjalizzazzjoni”); u
  • Kull meta nemmnu in bona fide li d-divulgazzjoni hija meħtieġa biex nipproteġu d-drittijiet jew il-pretensjonijiet legali tagħna, ninfurzaw il-politiki tagħna (inklużi l-Ftehim tal-Utenti u l-Istrateġija ta’ Privatezza tagħna), nipproteġu s-sigurtà tiegħek jew is-sigurtà ta’ oħrajn, kif ukoll biex ninvestigaw jew nipprevjenu kwalunkwe frodi, għal raġunijiet ta’ sigurtà jew biex tgħinna bi kwalunkwe kwistjoni teknika oħra relatata.

TRASFERIMENT TA’ INFORMAZZJONI

Peress li noperaw fuq livell globali, jista’ jkun meħtieġ li nittrasferixxu l-Informazzjoni Personali tiegħek lejn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. Il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data u liġijiet oħra ta’ dawn il-pajjiżi jistgħu ma jkunux komprensivi daqs dawk fl-Unjoni Ewropea.

Aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex niżguraw li l-Informazzjoni Personali tiegħek hija protetta skont l-istrateġija ta’ privatezza tagħha, permezz ta’ mezzi kuntrattwali (bħal permezz ta’ klawżoli kuntrattwali approvati mir-regolaturi rilevanti għat-trasferiment tad-data) jew mezzi oħra (bħall-iżgurar li l-ġurisdizzjoni timponi salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data).

Jekk tħoss li l-privatezza tiegħek ma ġietx ittrattata skont il-politika tagħna, jew jekk kwalunkwe persuna ppruvat tabbuża mis-Servizzi jew aġixxiet b’mod mhux xieraq, jekk jogħġbok ikkuntattjana direttament fuq support@playersupportcenter.com.

TEKNOLOĠIJI TA’ TRAĊĊAR TA’ PARTIJIET TERZI

Meta żżur jew taċċessa s-Servizzi tagħna (pereżempju meta żżur is-siti web tagħna), aħna nużaw (u nawtorizzaw lil partijiet terzi biex jużaw) sinjali tal-web, cookies, pixels, skripts, tags u teknoloġiji oħra ("Teknoloġiji ta’ Traċċar").

It-Teknoloġiji ta’ Traċċar jippermettulna niġbru b’mod awtomatiku informazzjoni dwarek u l-imġiba online tiegħek, kif ukoll l-apparat tiegħek (pereżempju l-kompjuter jew il-mowbajl tiegħek), għal finijiet differenti, bħal pereżempju, sabiex intejbu n-navigazzjoni tiegħek fuq is-Servizzi tagħna, intejbu l-prestazzjoni tas-Servizzi tagħna u nippersonalizzaw l-esperjenza tiegħek fuq is-Servizzi tagħna. Aħna nużaw ukoll din l-informazzjoni biex niġbru statistika dwar l-użu tas-Servizzi tagħna, inwettqu analiżijiet, inwasslu kontenut li huwa mfassal apposta għall-interessi tiegħek u namministraw is-servizzi għall-Utenti, il-pubblikaturi, il-kijenti u l-msieħba tagħna kif ukoll min jirreklama magħna.

Aħna nippermettu wkoll lil partijiet terzi jiġbru informazzjoni dwarek permezz tat-Teknoloġiji ta’ Traċċar. Biex issir taf aktar, jekk jogħġbok żur il-Politika dwaril-Cookies tagħna.

SERVIZZI TA’ PARTIJIET TERZI

Waqt li tkun qed tuża s-Servizzi tista’ tiltaqa’ ma’ links għal siti web, servizzi jew applikazzjonijiet ta’ partijiet terzi. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li din l-Istatraġija ta’ Privatezza ma tapplikax għal siti web, servizzi jew applikazzjonijiet ta’ partijiet terzi, anke jek ikunu aċċessibbli, jistgħu jitniżżlu, jew inkella jiġu distribwiti permezz tas-Servizzi.

Jekk jogħġbok innota li dawn is-siti web, servizzi jew applikazzjonijiet ta’ partijiet terzi huma indipendenti mill-Grupp. Aħna ma nassumu l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar il-privatezza jew kwalunkwe kwistjoni legali oħra fir-rigward ta’ tali siti web u/jew servizzi ta’ partijiet terzi. Aħna nħeġġuk biex taqra bir-reqqa l-istrateġija ta’ privatezza u t-termini ta’ użu ta’ tali siti web u/jew servizzi ta’ partijiet terzi, peress li t-termini tagħhom, u mhux tagħna, se japplikaw għal kwalunkwe waħda mill-interazzjonijiet tiegħek ma’ tali partijiet terzi.

Għandek dejjem tirrevedi l-prattiki ta’ privattezza tagħhom bir-reqqa qabel ma tipprovdi Informazzjoni Personali lil tali partijiet terzi.

Inti tkun qed tassumi konxjament u volontarjament ir-riskji kollha involuti meta tuża kwalunkwe sit web, servizz jew applikazzjoni ta’ partijiet terzi. Inti taqbel li aħna ma għandu jkollna l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ dawn is-siti web ta’ partijiet terzi u l-użu li tagħmel minnhom.

ŻAMMA TA’ INFORMAZZJONI PERSONALI

Jekk irreġistrajt b’kont permezz tas-Servizzi tagħna, il-Grupp se jżomm l-Informazzjoni Personali tiegħek matul il-perjodu li l-kont tiegħek ikun attiv. Barra minn hekk, il-Grupp se jżomm id-Data Personali għal perjodi addizzjonali, biex jippermetti lill-Grupp jissodisfa l-obbligi legali tiegħu skont il-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli, bħar-regolamenti applikabbli għal-logħob tal-azzard, ir-regolament “kun af lill-klijent tiegħek” u dak kontra l-Ħasil tal-Flus.

Barra minn hekk, il-Grupp jista’ jżomm l-Informazzjoni Personali tiegħek għal perjodi itwal, dment li ż-żamma ta’ tali informazzjoni hija meħtieġa għall-interessi leġittimi tal-Grupp, bħal prevenzjoni ta’ frodi u żamma ta’ rekords.

Jekk għal xi raġuni tixtieq tħassar l-Informazzjoni Personali tiegħek, jekk jogħġbok ibgħatilna email fuq datarequest@playersupportcentre.com, u se nagħmlu dak kollu possibbli biex nindirizzaw it-talba tiegħek.

ID-DRITTIJIET TIEGĦEK

Inti tista’ tikkuntattjana meta trid permezz tal-email, u titlob:

  1. Biex taċċessa jew tħassar kwalunkwe Informazzjoni Personali relatata miegħek
  2. Biex tibdel jew taġġorna kwalunkwe Informazzjoni Personali relatata miegħek (pereżempju, jekk temmen li l-Informazzjoni Personali tiegħek mhijiex korretta, inti tista’ titlob biex tiġi korretta jew imħassra). Kun af li tista’ titlob ukoll li aħna nirranġaw l-iżbalji fir-rigward tal-Informazzjoni Personali tiegħek (ħlief f’każijiet fejn huwa meħtieġ li l-informazzjoni tinżamm fil-format oriġinali tagħha skont kwalunkwe liġi u regolament applikabbli);
  3. Li nillimitaw jew inwaqqfu kwalunkwe użu ulterjuri tal-Informazzjoni Personali tiegħek;
  4. Li nipprovdu l-Informazzjoni Personali li tajtna f’forma li jiista’ jinqara minn magna.

a iJekk jogħġbok kun af li dawn id-drittijiet mhumiex assoluti u t-talbiet huma soġġetti għal kwalunkwe rekwiżit legali applikabbli, inklużi regolamenti dwar il-logħob tal-azzard u rapportar legali u etiku ieħor jew obbligi ta’ żamma tad-dokumenti. Aħna nistgħu wkoll nirranġaw, nirriġineraw jew ineħħu informazzjoni mhux kompluta jew mhux eżatta, fi kwalunkwe ħin u fid-diskrezzjoni tagħna stess, skont il-politiki interni tagħna.

KIF INŻOMMU L-INFORMAZZJONI TIEGĦEK SIKURA

Aħna noqogħdu attenti ħafna biex nimplimentaw u nżommu s-sigurtà tas-Servizzi u l-informazzjoni tiegħek. Aħna daħħalna fis-seħħ salvagwardji fiżiċi u teknoloġiċi xierqa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat, inżommu s-sigurtà tad-data, u biex nużaw b’mod korrett l-informazzjoni li niġbru online. Dawn is-salvagwardji jvarjaw skont is-sensittività tal-informazzjoni li niġbru u naħżnu.

Aħna nużaw proċeduri u kontrolli standard tal-industrija biex niżguraw is-sigurtà tal-informazzjoni tal-utenti tagħna, bħal:

  • Topoloġija tan-netwerk sikura, li tinkludi prevenzjoni ta’ intrużjoni u sistemi Firewall;
  • Komunikazzjoni kriptata:
  • Awtentikazzjoni u Kontroll tal-Aċċess;
  • Testijiet ta’ verifika Esterna u Interna; eċċ.

Għalkemm nieħdu passi raġonevoli biex nissalvagwardjaw l-informazzjoni, ma nistgħux ninżammu responsabbli għall-atti ta’ dawk li jiksbu aċċess mhux awtorizzat jew jabbużaw mis-Servizzi, u ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita, impliċita jew mod ieħor, li se nipprevjenu dan l-aċċess.

BIDLIET FL-ISTRATEĠIJA TA’ PRIVATEZZA

Aħna nirriżervaw id-dritt li nibdlu din l-Istrateġija ta’ Privatezza fi kwalunkwe ħin, għaldaqstant jekk joġħġbok erġa’ żur din il-paġna ta’ spiss. Aħna se ngħarrfuk dwar bidliet sostanzjali ta’ din l-Istrateġija ta’ Privatezza fis-Servizzi u/jew se nibagħtulek e-mail dwar tali bidliet fuq l-indirizz elettroniku li inti tajtna. Tali bidliet sostanzjali se jidħlu fis-seħħ (7) ijiem wara li jkun ingħata dan l-avviż dwar kwalunkwe wieħed mill-metodi msemmija hawn fuq. Inkella, il-bidliet l-oħra kollha għal din l-Istrateġija ta’ Privatezza jkunu effettivi mid-data ddikjarata “Riveduta l-Aħħar”, u l-użu kontinwu tiegħek tas-Servizzi wara d-data “Riveduta l-Aħħar” se jikkostitwixxi aċċettazzjoni ta’, u ftehim li jkun marbut minn, dawk il-bidliet.

KIF TISTA’ TAGĦMEL KUNTATT MAGĦNA

Jekk għandek xi mistoqsijiet ġenerali dwar is-Servizzi jew l-informazzjoni li niġbru dwarek u kif nużawha, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-email jew tal-formola ta’ hawn taħt.

Aħna se nagħmlu dak kollu possibbli biex inwieġbu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Jekk jogħġbok tiddejjaq xejn tikkuntattjana meta jkollok bżonn. Jekk ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba tagħna, tista’ tikkuntattja lill-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data applikabbli.

POLITIKA DWAR IL-COOKIES TA’ CITYVIEWS

Irrevuda fi: 28 ta’ Marzu 2018

Introduzzjoni

Meta żżur jew taċċessa s-Servizzi tagħna (bħal siti web jew applikazzjonijiet operati minna, meta tinteraġġixxi jew tuża l-kontenut tagħna), aħna nużaw (u nawtorizzaw lil partijiet terzi biex jużaw) sinjali tal-web, cookies, tags tal-pixels, skripts, tags, API u teknoloġiji ta’ traċċar oħra. ("Teknoloġiji ta’ Traċċar").

It-Teknoloġiji ta’ Traċċar jippermettulna niġbru b’mod awtomatiku informazzjoni dwarek u l-imġiba online tiegħek, kif ukoll l-apparat tiegħek (pereżempju l-kompjuter jew il-mowbajl tiegħek), sabiex intejbu n-navigazzjoni tiegħek fuq is-Servizzi tagħna, intejbu l-prestazzjoni tas-Servizzi tagħna u nippersonalizzaw l-esperjenza tiegħek fuq is-Servizzi tagħna. Aħna nużaw ukoll din l-informazzjoni biex niġbru statistika dwar l-użu tas-Servizzi tagħna, inwettqu analiżijiet, inwasslu kontenut li huwa mfassal apposta għall-interessi tiegħek u namministraw is-servizzi għall-Utenti, il-pubblikaturi, il-kijenti u l-msieħba tagħna kif ukoll min jirreklama magħna.

Aħna nippermettu wkoll lil partijiet terzi jiġbru informazzjoni dwarek permezz tat-Teknoloġiji ta’ Traċċar.

X’inhuma l-cookies?

Il-cookies huma fajls żgħar tat-test (magħmula biss minn ittri u numri) li server tal-web ipoġġi fuq il-kompjuter jew l-apparat ċellulari tiegħek meta żżur paġna web. Meta tintuża, il-cookie tista’ tgħin biex tagħmel is-Servizzi tagħna aktar faċli għall-utent, pereżempju billi tiftakar il-preferenzi u l-issettjar tal-lingwa tiegħek. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-cookies fuq www.allaboutcookies.org.

Il-cookies jintużaw b’mod wiesa’ sabiex is-siti web jaħdmu b’mod aktar effiċjenti. L-użu ta’ cookies jippermettulek tinnaviga bejn il-paġni b’mod effiċjenti. Il-cookies jiftakru l-preferenzi tiegħek, u jagħmlu l-interazzjoni bejnek u s-Servizzi aktar faċli u aktar effiċjenti. Il-cookies jintużaw ukoll biex jgħinu jiżguraw li r-reklami li tara online huma rilevanti għalik u għall-interessi tiegħek.

Ħżin ta’ Teknoloġiji ta’ Traċċar

Aħna naħżnu Teknoloġiji ta’ Traċċar meta żżur jew taċċessa s-Servizzi tagħna (pereżempju meta tkun qed iżżur is-siti web tagħna) - dawn jissejħu “Teknoloġiji ta’ Traċċar tal-Ewwel Parti”. Barra minn hekk, it-Teknoloġiji ta’ Traċċar huma maħżuna minn partijiet terzi oħra (pereżempju l-fornituri ta’ servizzi analitiċi u l-imsieħba fin-negozju tagħna kif ukoll min jirreklama magħna) li għandhom kontenut fuq is-Servizzi tagħna - dawn jissejħu “Teknoloġiji ta’ Traċċar ta’ Parti Terza”.

Iż-żewġ tipi ta’ Teknoloġiji ta’ Traċċar jistgħu jintużaw jew għad-durata taż-żjara tiegħek fuq is-Servizzi tagħna jew għal żjarat ripetuti.

X’tipi ta’ Teknoloġiji ta’ Traċċar nużaw?

Hemm ħames tipi ewlenin ta’ Teknoloġiji ta’ Traċċar:

  • Teknoloġiji ta’ Traċċar strettament meħtieġa
    Dawn it-Teknoloġiji ta’ Traċċar huma essenzjali biex jippermettulek tilloggja, tinnaviga u tuża l-funzjonjiet tas-Servizzi tagħna, jew biex nipprovdulek servizz li tkun tlabt (bħall-isem tal-utent tiegħek).Ma għandnix bżonn niksbu l-kunsens tiegħek sabiex nużaw dawn it-Teknoloġiji ta’ Traċċar. Dawn it-Teknoloġiji ta’ Traċċar jistgħu jintużaw għal raġunijiet ta’ sigurtà u integrità - pereżempju biex jiġi skopert ksur tal-politiki tagħna u għal funzjonijiet ta’ appoġġ jew sigurtà.
  • Teknoloġiji ta’ Traċċar tal-Funzjonalità
    Dawn it-Teknoloġiji ta’ Traċċar jippermettu lis-Servizzi tagħna jiftakru l-għażliet li tagħmel (bħal-lingwa tiegħek) u jipprovdu funzjonijiet imtejba u personalizzati. Pereżempju, dawn it-Teknoloġiji ta’ Traċċar jintużaw għall-awtentikazzjoni (biex jiftakru meta tkun illoggjajt) u biex jappoġġjaw funzjonijiet oħra tas-Servizzi tagħna.
  • Teknoloġiji ta’ Traċċar tal-Prestazzjoni
    Dawn it-Teknoloġiji ta’ Traċċar jiġbru informazzjoni dwar l-attività online tiegħek (pereżempju kemm iddum tuża s-Servizzi tagħna) inkluża data dwar l-imġiba u l-metrika ta’ involviment tal-kontenut. Dawn it-Teknoloġiji ta’ Traċċar jintużaw għall-analitika, ir-riċerka u biex issir statistika (abbażi ta’ informazzjoni aggregata).
  • Teknoloġiji ta’ Traċċar tal-Kummerċjalizzazzjoni jew ir-Reklamar
    Dawn it-Teknoloġiji ta’ Traċċar jintużaw biex jitwasslu offerti u reklami mfassla għalik, abbażi tal-interessi derivati tiegħek, kif ukoll biex twettaq kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni bl-email. Dawn jistgħu jintużaw ukoll biex jillimitaw in-numru ta’ drabi li tara reklam kif ukoll biex jgħinu jkejlu l-effettività tal-kampanja ta’ reklamar. Dawn ġeneralment jitpoġġew minn min jirreklama magħna (pereżempju netwerks ta’ reklamar) u jipprovdulhom għarfien dwar in-nies li jaraw u jinteraġixxu mar-reklami tagħhom, iżuru jew jużaw is-siti web tagħhom.
  • Teknoloġiji ta’ Traċċar tal-Midja soċjali
    Is-sit web tagħna jinkludi funzjonijiet tal-midja soċjali bħall-buttuni “Like” u “Share” ta’ Facebook. Dawn il-funzjonijiet huma ospitati minn parti terza jew ospitati direttament fuq is-Servizzi tagħna. L-interazzjonijiet tiegħek ma’ dawn il-funzjonijiet huma rregolati md-dikjarazzjoni tal-privatezza tal-kumpanija li tipprovdi dawn il-funzjonijiet.
Teknoloġiji ta’ Traċċar Tip Skop
Cookies ta’ Analitika Teknoloġija ta’ Traċċar tal-Ewwel parti Teknoloġiji ta’ Traċċar tal-Prestazzjoni

Dawn it-Teknoloġiji ta’ Traċċar jintużaw biex tinġabar informazzjoni dwar kif inti tinteraġġixxi mal-kontenut tas-Servizzi tagħna, finijiet ta’ attribuzzjoni (pereżempju, l-URL ta’ riferiment), eċċ. Aħna nużaw l-informazzjoni biex nikkompilaw rapporti, nikkalkulaw ir-rikavati dovuti lilna u, u dan jgħinna ntejbu s-Servizzi u noffru prodotti u kontenut personalizzat
Cookies oħra Teknoloġija ta’ Traċċar tal-Ewwel Parti u ta’ Parti Terza Teknoloġiji ta’ Traċċar Strettament meħtieġa

Dawn il-cookies mhux elenkati jistgħu jkunu qed jintużaw f’sezzjonijiet interni tas-Servizzi, sabiex tiġi ppersonalizzata u ssimplifikata l-esperjenza tal-utent fuq is-sit billi ma jintesewx l-għażliet li tkun għamilt u l-kredenzjali tal-illoggjar tiegħek.

Kif għandek timmaniġġja l-issettjar tal-cookies tiegħek

Jekk jogħġbok innota li aħna ma nirrikonoxxux jew ma nirrispondux għal sinjali ta’ brawżers awtomatiċi dwar it-Teknoloġiji ta’ Traċċar, inklużi talbiet “Tintraċċax”. Madankollu, hemm diversi modi li permezz tagħhom tista’ timmaniġġja u tikkontrolla l-issettjar tal-cookies tiegħek. Jekk jogħġbok ftakar li, billi tħassar jew timblokka l-cookies, xi wħud mill-funzjonijiet tas-Servizzi jistgħu ma jaħdmux sew jew b’mod effettiv.

  • Kif titfi l-cookies mill-brawżer tal-web tiegħek
    Il-biċċa l-kbira tal-brawżers tal-web se jipprovdulek b’xi informazzjoni ġenerali dwar il-cookies, jippermettulek tara x’cookies huma maħżuna fuq l-apparat tiegħek, tħassarhom kollha jew fuq bażi individwali, u timblokka jew tippermetti cookies għas-siti web kolllha jew siti web magħżula b’mod individwali. Normalment tista’ wkoll titfi cookies ta’ partijiet terzi b’mod separat. Jekk jogħġbok innota li l-issettjar offrut minn brawżer tal-web jew apparat ħafna drabi japplika biss għal dak il-brawżer tal-web jew apparat partikolari.
  • Informazzjoni dwar il-cookies ġeneralment tinstab fis-sezzjoni “Għajnuna” tal-brawżer tal-web. Hawn taħt tista’ ssib xi links għal brawżers tal-web użati b’mod komuni:
  • Kif titfi cookies ta’ partijiet terzi
    Tista’ tifti ċerti cookies ta’ mmirar/reklamar ta’ partijiet terzi billi żżur il-link li ġejja: Network Advertising Initiative.
IKSEB IL-BONUS TAL-KAŻINO TIEGĦEK TA' $1600!
Bonus:
SE NAGĦTUK ID-DOPPJU TAL-FLUS TIEGĦEK GĦALL-EWWEL 4 DEPOŻITI LI TAGĦMEL!
DAN IFISSER 4 x 100% BONUSIJIET GĦALL-FLUS LI TIDDEPOŻITA LI JILĦQU BONUS SA $400 FUQ KULL DEPOŻITU.
Irreġistra
Dan ifisser total ta' Bonus li jilħaq sa $1600!